Id-diskors dwar il-‘Green Flag Award’ li nqara waqt il-kunċert tal-Milied. Dan inqara minn Tristan Grech (il-president tal-Kumitat EkoSkola) u minn Gianella Mallia (is-segretarja tal-Kumitat EkoSkola).

‘Green Flag Award’ mogħtija lill-Iskola tagħna

 Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Novembru 2011, kienet ġurnata speċjali għall-iskola tagħna.  Dan għaliex waqt ċerimonja li saret fl-iskola tagħna, ġejna mogħtija l-’Green Flag’.  X’inhi l-’Green Flag’?  Hija rikonoxximent internazzjonali li tingħata għax-xogħol u l-impenn li jsir biex ikollna ambjent nadif, kemm fejn jidħol l-ambjent ta’ madwarna, kif ukoll dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa tagħna.

Bħala kumitat ta’ EkoSkola niltaqgħu darba fix-xahar.  Il-motto tagħna huwa “Għal ambjent u saħħa aħjar”.  Ħdimna ħafna fuq dan il-motto biex stajna niksbu din il-bandiera.  Biex stajna nieħdu dan l-unur kien ilna naħdmu mal-għalliema u l-kap tal-iskola għal dawn l-aħħar ħames snin. 

Kif juru dawn ir-ritratti, minbarra li konna nimxu mat-3 R’s: Reduce, Reuse u Recycle, bħal nerġgħu nużaw il-karti u l-kartun jew naqsmu l-iskart f’karta u plastik, konna wkoll niġbru l-iskart organiku biex dan seta’ mbagħad jintuża bħala kompost.  Nużaw l-elettriku u l-ilma b’responsabbilta’.

Nitgħallmu nieħdu ħsieb l-annimali tagħna. Sebbaħna l-klassijiet tagħna billi ġibna pjanti mid-dar u b’hekk il-klassijiet ħadu xejra aktar ħajja. Dan ix-xogħol kollu għadu għaddej.

Huma ħafna l-okkażjonijiet fejn, flimkien mal-Kunsill Lokali, norganizzaw Clean Up Days fil-lokalita’ tagħna.  Nagħtu s-sehem tagħna f’Betlem f’Għajnsielem fejn niġbru l-kartun tal-ħalib u mbagħad dawn jintużaw biex jitħawwlu l-pjanti fihom u jingħataw lill-istudenti kollha li jiġu jżuru dan il-villaġġ tan-nativita’.

Fejn tidħol is-saħħa jsiru mixjiet, swimming sessions u cycling sessions fost l-oħrajn. L-iskola tagħna tipromwovi healthy eating, jiġifieri li nitgħallmu nieklu ikel sustanzjuż u tajjeb għal saħħitna.

Sar ħafna aktar xogħol imma ma nistgħux insemmu kollox u għalhekk kien jistħoqqilna li nieħdu l-green flag! Il-green flag hija unur kbir għall-iskola u anke għar-raħal tagħna.  Prosit kbira lil kulħadd, speċjalment lil sħabi tal-kumitat ta’ EkoSkola!! Filwaqt li nirringrazzjahom tax-xogħol siewi tagħhom, inħeġġiġhom biex nibqgħu naħdmu flimkien sabiex inżommu dan l-unur prestiġġjuż.  Grazzi.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s


%d bloggers like this: