Tħawwil ta’ pjanti u ħxejjex fil-ġnien tal-iskola tagħna
March 20, 2012Il-Minuti tat-tielet laqgħa
February 6, 2012Pjan ta’ Azzjoni
February 6, 2012Id-diskors dwar il-’Green Flag Award’ li nqara waqt il-kunċert tal-Milied. Dan inqara minn Tristan Grech (il-president tal-Kumitat EkoSkola) u minn Gianella Mallia (is-segretarja tal-Kumitat EkoSkola).
December 21, 2011‘Green Flag Award’ mogħtija lill-Iskola tagħna
Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Novembru 2011, kienet ġurnata speċjali għall-iskola tagħna. Dan għaliex waqt ċerimonja li saret fl-iskola tagħna, ġejna mogħtija l-’Green Flag’. X’inhi l-’Green Flag’? Hija rikonoxximent internazzjonali li tingħata għax-xogħol u l-impenn li jsir biex ikollna ambjent nadif, kemm fejn jidħol l-ambjent ta’ madwarna, kif ukoll dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa tagħna.
Bħala kumitat ta’ EkoSkola niltaqgħu darba fix-xahar. Il-motto tagħna huwa “Għal ambjent u saħħa aħjar”. Ħdimna ħafna fuq dan il-motto biex stajna niksbu din il-bandiera. Biex stajna nieħdu dan l-unur kien ilna naħdmu mal-għalliema u l-kap tal-iskola għal dawn l-aħħar ħames snin.
Kif juru dawn ir-ritratti, minbarra li konna nimxu mat-3 R’s: Reduce, Reuse u Recycle, bħal nerġgħu nużaw il-karti u l-kartun jew naqsmu l-iskart f’karta u plastik, konna wkoll niġbru l-iskart organiku biex dan seta’ mbagħad jintuża bħala kompost. Nużaw l-elettriku u l-ilma b’responsabbilta’.
Nitgħallmu nieħdu ħsieb l-annimali tagħna. Sebbaħna l-klassijiet tagħna billi ġibna pjanti mid-dar u b’hekk il-klassijiet ħadu xejra aktar ħajja. Dan ix-xogħol kollu għadu għaddej.
Huma ħafna l-okkażjonijiet fejn, flimkien mal-Kunsill Lokali, norganizzaw Clean Up Days fil-lokalita’ tagħna. Nagħtu s-sehem tagħna f’Betlem f’Għajnsielem fejn niġbru l-kartun tal-ħalib u mbagħad dawn jintużaw biex jitħawwlu l-pjanti fihom u jingħataw lill-istudenti kollha li jiġu jżuru dan il-villaġġ tan-nativita’.
Fejn tidħol is-saħħa jsiru mixjiet, swimming sessions u cycling sessions fost l-oħrajn. L-iskola tagħna tipromwovi healthy eating, jiġifieri li nitgħallmu nieklu ikel sustanzjuż u tajjeb għal saħħitna.
Sar ħafna aktar xogħol imma ma nistgħux insemmu kollox u għalhekk kien jistħoqqilna li nieħdu l-green flag! Il-green flag hija unur kbir għall-iskola u anke għar-raħal tagħna. Prosit kbira lil kulħadd, speċjalment lil sħabi tal-kumitat ta’ EkoSkola!! Filwaqt li nirringrazzjahom tax-xogħol siewi tagħhom, inħeġġiġhom biex nibqgħu naħdmu flimkien sabiex inżommu dan l-unur prestiġġjuż. Grazzi.
Review: Dan ir-review juri ix-xogħol li beħsiebna nagħmlu matul din is-sena. Ir-review ġie diskuss mill-għalliema tal-klassijiet kollha flimkien mal-istudenti.
November 28, 2011Il-Minuti tat-Tieni Laqgħa
November 28, 2011Il-Minuti tat-tieni laqgħa
November 28, 2011Green Flag Award lill-iskola tagħna
November 24, 2011Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Novembru 2011, kienet ġurnata speċjali għall-iskola tagħna. Dan għaliex waqt ċerimonja li saret fl-iskola tagħna, ġejna mogħtija l-’Green Flag’.
X’inhi l-’Green Flag’? Hija rikonoxximent internazzjonali li tingħata għax-xogħol u l-impenn li jsir biex ikollna ambjent nadif, kemm fejn jidħol l-ambjent ta’ madwarna, kif ukoll dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa tagħna.
Dan huwa unur kbir għall-iskola u anke għar-raħal tagħna. Prosit kbira lil kulħadd, speċjalment lill-kumitat ta’ Ekoskola!! Nibqqgħu naħdmu flimkien biex inżommu dan l-unur.
































